Thursday, July 14, 2016

"Bqajna miegħek sal-aħħar... grazzi għalik li tlajna b'karattru dixxiplinat"


Għadd ta' membri tal-Iscouts fl-aħħar jiem ħadu ħasda bl-aħbar tal-mewt ta' Alfred Borda, membru prominenti fl-iscouts ta' Birkirkara. Għadd ta' persuni li jafu lilu d-dixxiplina li telgħu biha, ma naqsux li jagħtuh l-aħħar tislima. Fi kliemhom stess, "Ridna nibqgħu miegħu sal-aħħar. Aħna dak li aħna llum grazzi għalih."
Ma setax jonqos li hu jingħata tislima wkoll minn membri tal-Iscouts, li marru f'Birkirkara minn diversi bnadi f'Malta. Fl-omelija, il-Kanonku Leonard Mintoff tkellem dwar il-karattru ta' 'Freddie' kif ħafna kienu jsibuh. Spjega kif dejjem kien ikun ippreparat għal li jista' jinqala' u kien l-hena tiegħu jara t-tfal jieħdu interess u jipparteċipaw fl-attivitajiet.

Ivan Saliba kkummenta dwar l-esperjenzi tiegħu ma' Alfred u qal li, "Bqajna miegħek sal-aħħar. Sa ma l-mewt firditna. Daqs 30 sena ilu jien kont wieħed minn fost ħafna tfal li dan il-ġentlom ħajjarna nidħlu fl-iscouts. Aktar minn hekk fil-banda meta tgħallimt indoqq il-piatti biex aktar inkun qrib tiegħu. Grazzi għal Alfred li aħna tlajna b'karattur dixxiplinat u fl-istess ħin b'edukazzjoni fuq ħafna affarijiet lokali u internazzjonali."
L-aħħar tislima ngħatatlu mill-Iscouts ta' Birkirkara li għal xejn inqas minn 60 sena, Freddie ħabb u ressaq lejhom tant tfal u żgħażagħ.
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home