Thursday, July 14, 2016

Pannelli fotovoltajiċi fuq l-impjant f'Ras il-Ħobż f'Għawdex


Wara l-proposta biex ikun hemm pannelli fotovoltajiċi fuq il-ġibjun fl-inħawi tal-Fiddien fir-Rabat Malta u fuq l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Ta' Barkat fix-Xgħajra, issa qed jirriżulta li hemm proposta ukoll biex anke l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż f'Għawdex jinkesa bil-pannelli. 

inewsmalta.com hu infurmat li b'kollox hu maħsub li se jkun hemm kważi 1,700 metri kwadru li se jintużaw biex fuqhom jitpoġġew il-pannelli. 


Ta' min jgħid li fil-baġit li għadda kien intqal li matul is-sena 2015 tnedew numru ta’ inċentivi favur aktar investiment f’enerġija li tiġġedded u sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn l-inċentivi se jiġu estiżi wkoll għall-familji li m’għandhomx bejt fejn jinstallaw il-pannelli. 

Dan għaliex dawn il-familji se jingħataw l-opportunità li jinvestu fi proġetti ta’ enerġija solari f’sistema ta’ PV panels f’solar farm tal-komunità.Dan se jseħħ permezz ta’ proġett bi sħab mal-privat, li fih se jiġu identifikati siti fejn jistgħu jiġu installati pannelli fotovoltajċi.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home