Il-parkeġġ fil-Mosta... 'impenn sħiħ mill-Gvern' imma ebda data meta se jitlesta
Il-kwistjoni tal-parkeġġ fil-Mosta kienet diskussa fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament, fejn il-Ministru Owen Bonnici, għal diversi domandi tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, iddikjara li l-Gvern għandu impenn sħiħ biex il-Gvern iwettaq dan il-proġett. Biss hu qal li mhu se jintrabat ma' ebda data dwar meta se jitlesta dan il-proġett u dan għax ma kellux dik l-informazzjoni quddiemu. Il-Ministru Bonnici qal li, 'Il-Gvern flimkien mal-Kunsill qed jaħdmu biex isir parkeġġ fil-Mosta. Biss biex dan isir iridu jsiru l-istudji. Irridu li jkun hemm ir-rapporti kollha u sostennibilità sħiħa. Irridu naraw li nieħdu dejjem l-aħjar deċiżjoni."
Tkellem ukoll dwar il-parkeġġi f'Marsaxlokk u qal li bil-proġett li tħabbar ftit jiem ilu, se jkun hemm żieda fil-parkeġġi. Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa dwar meta hu previst li jitlesta l-parkeġġ fil-Mosta. Il-Ministru Owen Bonnici qal li, "Mhux se nintrabat b'data għax m'għandix informazzjoni." Beppe Fenech Adami staqsa jekk dan il-proġett ta' parkeġġ fil-Mosta hux se jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla, bil-Ministru Bonnici jgħid li hemm impenn li dawn il-proġetti jitmexxew 'il quddiem. "Nassigura lill-Parlament li dawn il-proġetti se jsiru imma rridu serħan il-moħħ mil-lat xjentifiku,” tenna l-Ministru Bonnici.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home