Ħeles mill-imbarazz billi rmieh f'nofs triq fil-kampanja... u għalaq l-aċċess
Rimi ta' skart u oġġetti oħra fil-kampanja tagħna u anke f'toroq residenzjali huwa spiss, anke jekk hawn servizz ta' ġbir ta' skart regolari u anke faċilitajiet fejn tarmi skart goff. Iżda dak li seħħ fi triq fil-kampanja fil-Mosta mhux daqstant komuni. Persuna jew persuni mhux magħrufa rmew l-imbarazz li kellhom f'nofs ta' triq, tant li spiċċa ngħalaq l-aċċess għaliha. Siġġijiet, sink u walker tat-tfal, flimkien ma' skart ieħor, spiċċaw f'nofs ta' triq. Immedjatament saru rapporti lid-Direttorat għat-Tindif, li bagħat ħaddiema fuq il-post u neħħew l-iskart.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home