II-poplu qed jegħja mill-politika ta' tensjoni, tgħajjir u insulti
- Louis Grech
• "Il-poplu qed jegħja mill-politika ta' tensjoni, tgħajjir u insulti, li ġġibna parrokkjali u tribali." Dan iddikjarah id-Deputata Laburista Louis Grech waqt li fetaħ id-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Dan hu abbozz li se jdaħħal standards ġodda għall-ewwel darba fuq il-Parlamentari Maltin. Bl-abbozz se jitwaqqaf Kummissarju li se jkun jista' jinvestiga allegazzjonijiet u anke jivverifika id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-istess Parlamentari. Louis Grech qal li, "dan l-att se jolqot lil kull individwu li hawn f'din il-Kamra. B'dan l-att se jkun hemm kumitat u Kummissarju li jiflu biex jaraw kienx hemm ksur ta' standards. Meta jidħol fis-seħħ dan l-att se jkun hemm standards għola ta' kontabilità. Il-fiduċja u l-kredibilità irridu naħdmu għalihom. Dawn ma jinxtrawx.
Dan l-att hu parti minn strateġija tal-Gvern li kienet imfissra fil-manifest elettorali. B'dan l-att qed nindirizzaw parti mill-bini ta' governanza li tissuġġetta membri Parlamentari għal skrutinju li qabel ma kienx jeżisti. Bis-saħħa ta' dan l-abbozz, il-membri Parlamentari m'għandhomx jistrieħu biss fuq regolamenti miktubin. Nafu li l-fiduċja tan-nies ma tistax tittieħed bħala xi ħaġa fatta. Ħadd ħlief il-poplu m'għandu l-kredenzjali biex jiġġudika. Il-ħatra ta' Kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika matħur b'vot ta' żewġ terzi tal-Kamra, hu pass importanti. II-poplu qed jgħejja mill-politika ta' tensjoni, tgħajjir u insulti. In-nies iridu li nħaddmu politika li teħodna lil hinn mill-medjokrità u minn kunflitt kontinwu."
Il-kariga tal-Kummissarju se tkun ta' sitt snin u wara ma jkunx jista' jinħatar f'termini ieħor u dan biex ikun indipendenti u imparzjali f'xogħlu. Il-Kummissarju se jkollu diversi funzjonijiet fosthom jinvestiga ksur tal-kodiċi ta' etika u jekk ikun meħtieġ jivverfika id-dikjarazzjoni tal-assi tal-membri Parlamentari. Bħalissa fuq kwistjonijiet ta' etika u pariri, il-Parlamentari jistaqsu lill-whip u dan jista' jkollu kunflitt. Issa dan ir-rwol se jingħata lill-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika u għalhekk kull membru jista' jistaqsi kull mistoqsija li jrid lill-istess Kummissarju.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home