Saturday, July 9, 2016



Tista' tikkawża abort qabel il-proċess li fih jista' jsir abort - Marlene Farrugia

Dikjarazzjoni li qed tħawwad lil ħafna persuni, b'mod partikolari dawk li huma favur li l-morning after pill tiddaħħal f'pajjiżna, hi dik li saret f'konversazzjoni ma' diversi persuni fuq sit soċjali mid-Deputata Indipendenti Marlene Farrugia.

    Hi ddikjarat li l-pillola kontraċettiva ta' emerġenza magħrufa bħala morning after pill tista' tikkawża abort qabel il-proċess li fih jista' jsir l-abort. Dan il-kumment għamlitu f'diskussjoni li qamet dwar dak li qalet il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-laqgħa ta' konsultazzjoni "Gvern li Jisma'".

    Il-kumment ħawwad lil ħafna li bdew jistaqsu kif jista' jsir abort qabel il-proċess li fih jista' jsir abort. Dwar il-morning after pill, il-Prim Ministru kien qal li wara diversi diskussjonijiet estensivi ma' esperti, hu ġie infurmat li fl-Unjoni Ewropea diġà hawn pillola li tintuża għal-istess skopijiet. Din il-pillola hi legali u approvata fl-UE, u jekk ikun hawn xi spiżerija li tapplika biex timpurtaha f'Malta, m'hemm xejn li l-Gvern jista' jagħmel, la darba din hi approvata f'istituzzjonijiet ogħla.
    "Tajba jew ħażina, morali jew immorali, dak aħna ma nidħlux fih. Kulħadd jaf x'inhu tajjeb u ħażin, iżda hu bżonnjuż li jkun hawn il-mezzi biex jinqeda kulħadd. Aħna mhux se nidħlu fil-mertu tal-moralità, iżda din milli jidher se tidħol f'pajjiżna," qal il-Prim Ministru. Irid jingħad li l-effett tal-morning after pill iseħħ qabel ikun hemm fertilizazzjoni u għalhekk fil-fehma ta ħafna esperti qatt ma jista' jissejjaħ abort. Dan għax abort isir meta tkun bdiet ħajja permezz tal-fertilizzazzjoni.
    minn inewsmalta.com
     

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home