Friday, July 8, 2016

https://www.youtube.com/watch?time_continue=2&v=eU_C9Hwdh4Y

"L-attakki Ġermaniżi kienu tal-biża'... tant kienu jinżlu fil-baxx li konna naraw il-piloti" - Gladys Mifsud

"'Ummi ma! L-attakki kienu tal-biża'. L-ajruplani Ġermaniżi tant kienu jinżlu fil-baxx, li konna naraw il-piloti. L-ikel kien bir-razzjon. Kien hemm it-tbatija fil-gwerra. Portsmouth kienet tarzna kbira u kien hemm ħafna bastimenti u hemmhekk l-attakki kienu qawwijin."


    Dan sostnietu Gladys Mifsud li llum għandha 82 sena u tinsab fid-dar tal-anzjani ta' Bormla. Gladys, flimkien ma' ommha u missierha kienu jgħixu f'Portsmouth fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija. Lil Gladys tkellimna magħha ftit jiem ilu, meta żorna d-dar tal-anzjani f'Bormla.

    Tgħidilna li, "Jjien trabbejt mal-Ingliżi. Missieri Ingliż. Mort ir-Renju Unit żgħira ħafna u erġajt mort mar-raġel. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, jien kont ma' ommi f'Portsmouth. Ommi kienet issajjar f'bażi navali. Kienet taħdem hemm. Din il-bażi navali kienet ingħalqet. Hemmhekk hemm anke ix-xini ta' Nelson, dak li kien jiġġieled bih kontra l-Fanċizi. Jien naf aktar l-istorja ta' l-Ingilterra milli ta' Malta għax hemm trabbejt."

    Tgħidilna li, "Niftakar il-bastimenti joħorġu mit-tarzna ta' Portsmouth. Anki sottomarini konna naraw. Kienet tarzna kbira mhux bħal dik ta' Malta. Fil-gwerra u fl-eqqel tal-attakki, bombi rajna ħafna. Ummi ma' x'biża. Il-Ġermaniżi tant kienu jinżlu fil-baxx li konna naraw il-piloti. L-ikel kien bir-razzjon u tiekol li jtuk."
    Tirrakkonta li, "Ġejt lura meta kelli sittax-il sena u konna morna noqogħdu Raħal il-Ġdid."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home