Thursday, July 7, 2016




Fniek mejtin fil-Kitchen Garden?mietu zopptu b'marda tal-fniek

Persuni li fl-aħħar jiem marru fil-Kitchen Garden f'Ħ'Attard ma setgħux jemmnu dak li kienu qed jaraw. Dan għax fejn kienu qed jinżammu l-fniek raw li kien hemm tnejn mejtin.

    Ovvjament inġibdet l-attenzjoni ta' persuni li kien hemm responsabbli fejn intqal lilhom li kien se jinġab veterinarju.

    Dalgħodu inewsmalta.com għamlet kuntatt mal-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika fejn tlabnihom reazzjoni għal dan. Huma spjegawlna wara verifiki li għamlu li l-fniek mietu minħabba marda komuni fil-fniek, liema marda tattakka lill-fniek f'dan iż-żmien tas-sena u dawn imutu f'ħin qasir.

    Huma spjegaw li filgħodu marru uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali li kkonfermaw li ma kien hemm ebda negliġenza.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home