Thursday, July 7, 2016

"Is-saqaf perikoluż u li qed jaqa' fil-Knisja ta' San Ġwann t'Għuxa"

Bi pjanta rettangolari, il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa għandha saqaf troll. Dan jistrieħ fuq arkati nofs tondi. Knisja li tintuża regolarment minn grupp ta' nies. Imma fl-aħħar xhur kibru il-problemi li ilha tiffaċċja din il-knisja.

    Is-saqaf tal-knisja qed ifaqqa' u regolarment qed jinstabu biċċiet tal-ġebel, id-daqs ta' ponn ta' persuna. Jidher li saru diversi talbiet biex isir ir-restawr meħtieġ. Biss sa issa dan baqa' ma sarx. Persuni li jiffrekwentaw din il-knisja meta tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li 'qed nisimgħu b'ħafna proġetti ta' restawr. Proġetti li huma tajbin għax nikkonservaw dak li għandna. Nistennew imma li finalment l-awtoritajiet jagħtu kas it-talbiet li saru għar-restawr ta' din il-knisja. F'Jannar li għadda rajna roqgħa żgħira fis-saqaf ġdida. Sa llum din ir-roqgħda kibret daqs bniedem. Jekk l-affarijiet jiggravaw din il-knisja ma tkunx tista' tintuża aktar".

    Dawra mal-knisja stajna naraw li l-ġebla tagħha hi fraġli ħafna minħabba l-umdità. Hemm partijiet minnha li fihom tara għadd ta' għeruq ċkejknin. Stajna naraw li f'parti mis-saqaf hemm biċċiet imfarrkin sew u konsenturi. Din il-knisja inbniet meta bnew jinbnew is-swar ta' Bormla. Kien ħallas għaliha il-Pirjol Fra Pietru Viany fis-sena 1682.

    Din id-data tinsab imnaqqxa taħt is-salib ta' tmien ponot tal-Kavallieri li hemm skolpit fuq il-bieb tal-knisja. Oriġinarjament ma' din il-knisja kien hemm hemm palazz iżda dan kien iġġarraf fi żmien il-gwerra.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home