'Annimal politiku' meta ħolqu l-assistenti Parlamentari biex isalvaw il-Gvern - Edward Zammit Lewis
Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, meta llejla tkellem dwar l-abbozz ta' liġi dwar is-Servizz Parlamentari, qal li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista m'għandha ebda kredenzjali biex titkellem fuq aktar trasparenza. Qal li Gvern Nazzjonalista biex isalva l-Gvern kien ħoloq 'annimal politiku bl-assistenti Parlamentari'.
Zammit Lewis qal li, "Matul dawn it-tliet snin kellna
membri li għamlu kritika lill-Gvern. Il-membri Parlamentari mhumiex
robots imma nies. Kellna sitwazzjoni fattwali fejn membri kkritikaw.
Kien hemm nies li anke pubblikament tkellmu mhux mal-linja tal-Gvern u
din ma fiha xejn ħażin."
Iddikjara li, "Il-Gvern preċedenti kien ħoloq annimal
politiku fl-assistenti Parlamentari fejn dawn kellhom sieq fil-Parlament
u sieq fil-ministeru. Dan sar biex isalvaw il-gvern. Kieku din kienet
sistema tajba kontu tagħmluha mill-bidu.”
Saħaq li l-Oppożizzjoni ma tantx għandha kredenzjali
biex titkellem fuq aktar trasparenza Parlamentari. Enfasizza li dan
l-abbozz ta' liġi hu żvilupp bla preċedent u pożittiv. “Ejja naraw kif
se ntejbu din il-liġi u biex din ma tibqax biss fuq il-karta,” sostna
Zammit Lewis.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home