Talbiet lill-Gvern biex 500 immigrant jingħaqdu ma' familthom u ma jibaghtux il-ħabs lil dawk b'passaport falz
Hekk kif tnediet il-pubblikazzjoni "Vjaġġi ta' Tama" pubblikazzjoni li tħejjiet mis-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati fl-Ewropa, Neil Falzon mill-ADITUS għamel żewġ talbiet lill-Gvern. L-ewwel talba hi biex il-Gvern iħalli xejn inqas minn 500 immigrant li qed jgħixu f'Malta jingħaqdu mill-ġdid ma' familjari tagħhom. Talba oħra hi biex dawk li qed jagħżlu li ma jagħmlu il-vjaġġ bid-dgħajsa imma minflok jagħmlu l-vjaġġ b'passaport falz ma jispiċċawx il-ħabs.Neil Falzon semma' l-każ ta' Fatuma li ilha tgħix f'Malta sitt snin. Din għandha tlett itfal li qed jgħixu f'kamp tar-refuġjati fil-Kenja ma' oħtha. Spjega li din għandha protezzjoni sussidjarja imma l-gvern Malti mhux iħalli lil dawn l-immigranti bi protezzjoni sussidjarja jingħaqdu mill-ġdid mal-familjari tagħhom. Hu spjega li kif inhuma l-affarijiet bħalissa Fatuma hi destinata li tibqa' ma tarax lill-familjari tagħha.
Jitkellem ukoll fuq Mohammed li hu Libja u dan ma riedx jaħrab lejn l-Ewropa bid-dgħajsa minħabba r-riskji. Dan minflok ħallas għal passaport falz iżda inqabad kif wasal Malta. Ittieħdu proċeduri kontrieh u weħel sitt xhur ħabs. Neil Falzon spjega li hemm liġijiet li jgħidu ċar u tond li xi ħadd li jkun ħarab minn pajjiżu b'passaport falz jispiċċa l-ħabs.
Fil-pubblikazzjoni 'Vjaġġi ta' Tama' ġew irrakkontat għadd ta' esperjenzi ta' immigranti b'mod partikolari dawk li kienu qed jagħmlu l-vjaġġi bejn it-Turkija u l-Greċja.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home