"Diżappuntat ħafna...se nlaqqa' l-managers"
- il-lukandier Norbert Grixti
"Għamilt lejl insegwi. Diżappuntat u inkwetat ħafna. Dan għax aħna l-akbar ammont ta' turisti li jiġu f'pajjiżna ġej mir-Renju Unit. Issa diġa għandek il-waqgħa fil-valur tal-Isterlina. Dan ifisser li issa se jkun hemm titjiriet aktar għaljin f'dawk li huma prezzijiet. Dan hu l-ewwel riżultat. Dalgħodu stess se nlaqqa' l-managers tal-lukanda biex niddiskutu s-sitwazzjoni u nanalizzaw. Kellna xitwa tajba ħafna u anke s-sajf jidher tajjeb ħafna, għalkemm għad fadal xi xogħol x'jidħol fosthom għal Awwissu".
Dan sostnieh, Norbert Grixti General Manger tal-Lukanda Excelsior, li hi waħda mill-akbar lukandi f'Malta meta kuntattjat minn inewsmalta.com biex jikkummenta dwar il-vot fir-Renju Unit fejn il-poplu ddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Lukandier ieħor li tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li "l-aktar li jħassibna hi l-waqgħa tal-Isterlina. Din irridu naraw kif se taffettwa t-turisti li jiġu lejn pajjiżna. Qabel nikkummentaw irridu naraw x'se jiġri. Imma ovvjament diżappuntati ħafna b'din id-deċiżjoni."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home