Iż-żieda qawwija fit-tariffi għat-trasport tal-iskejjel...investigazzjoni mhix mitmuma
• Il-kwistjoni dwar żidiet fit-tariffi tat-trasport għal xi skejjel, fejn hemm ġenituri li għadhom ma jafux jekk hux se jħallsu t-tariffi l-qodma jew il-ġodda, kienet trattata fi-Parlament fejn sar magħruf li l-investigazzjoni mill-Awtorià ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għadha għaddejja. Sar magħruf ukoll li mhux magħruf kemm hemm familji milqutin minn dawn iż-żidiet.
Fi tweġiba Parlamentari għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli, il-Ministru Evarist Bartolo qal li "l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għadu għaddej bl-investigazzjoni dwar iż-żieda fit-tariffi tat-transport tat-tfal tal-iskola. F'dan l-istadju l-Uffiċċju għalkemm ħa inkonsiderazzjoni dak li kellhom xi jgħidu l-ġenituri fl-ilment tagħhom, ħass li kellu jikkuntattja direttament lill-parti investigata u lill-iskejjel. Madakollu, l-Uffiċċju ma jeskludix li jista' jiltaqa’ ma’ xi ġenituri jekk in-neċessità tirrikjedi. L-Uffiċċju m'għandux in-numru ta’ familji li jistgħu jiġu milquta mis-sena skolastika li jmiss", qal il-Ministru.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home