'Stop it' Prim Ministru - għid li mhux se tinnomina lil Alfred Mifsud
- Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil
'Stop it PrimMinistru. Għid li mhux se tinnomina lil Alfred Mifsud bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali, għallinqas sakemm jitneħħa is-sħab griż li hemm bħalissa".
Dan sostnieh il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, meta f'intervista dalgħodu irrefera għall-allegazzjonijiet marbutin ma' Alfred Mifsud, li fi żmien inqas minn xahar se jkun Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Hu qal li "dawn lesti li isem Malta fl-Ewropa jimsħu saqajhom fih u din tweġgħana". Hu qal li "r-reazzjoni ta' Joseph Muscat messha kienet waħda ta' Prim Ministru. Kull ġimgħa qed jinqala' xi ħaġa. Kważi lanqas qed inlaħħqu mal-iskandli. L-aħħar wieħed hu allegazzjonijiet serjissimi marbutin ma' dak li f'inqas minn xahar se jkun il-Gvernatur ta' Malta (Alfred Mifsud). Il-Bank Ċentrali tagħna hu marbut mal-Bank Ċentrali Ewropew. Allura hi konsegwenza ħażina jekk tagħmel l-għażla żbaljata. L-allegazzjoni hi li Alfred Mifsud ħa flus li mill-inqas jaqbżu it-300,000 Ewro. Kont nistenna li fuq allegazzjonijiet serji u li dawn jidhru li ġejjin minn sorsi li tista' toqgħod fuqu, u dawn tant huma serji li diġa waħedhom messhom wasslu biex jgħid li biex ma nagħmilx ħsara lill-Bank Ċentrali se nissospendi lili nnifsi. Ma ħarisx l-interess tal-Bank Ċentrali u baqa' daqs li kieku xejn mhu xejn."
Tenna li "allura dawn se jibqgħu għaddejjin bil-ħatra ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali u allura ħsara kbira lil pajjiżna. Jiġifieri dawn lesti li isem Malta fl-Ewropa jimsħu saqajhom bih. Din tweġgħani ħafna. Li tara lil xi ħadd ieħor jarmi dak li tkun ħdimt għalih int, tweġgħa ħafna." Appella lill-Prim Ministru joqgħod attent għax hemm rabtiet bejn Joseph Muscat u Alfred Mifsud u dan għax Muscat kien jaħdem ma' Mifsud.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home