Friday, June 17, 2016

Tagħmir ġdid minn operaturi tal-irziezet tal-ħut biex jinġabar iż-żejt

Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici talab fil-Parlament jekk hux possibbli li ssir evalwazzjoni u investigazzjoni ta’ ġbir ta’ dak li qiegħed jissejjaħ mir-residenti ta’ Wied il-Ghajn bħala “xaħam“ li qiegħed jiġi allegat li joħroġ mill-irziezet tal-ħut u li għal numru ta’ drabi qed jinġabar mal-mollijiet tal-istess post.
Il-Ministru Josè Herrera wieġeb li, "Ninsab infurmat li minbarra prattiċi ġodda ta’ kif titma' l-ħut, sabiex jitnaqqas il-ħruġ ta’ żejt mill-ikel tal-ħut fl-ibħra tal-madwar, iż-żewġ operaturi fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn, minn dan l-istaġun, se jibdew jużaw tagħmir sabiex iż-żejt li joħroġ fl-ilma ta’ madwar il-gaġeġ, jinġabar. Dan l-iskart jiġi pproċessat skont ir-regolamenti viġenti. Barra minn hekk il-Ministeru m’għandux provi konkreti li dan l-hekk imsejjaħ xaħam huwa verament ġej mill-gaġeg tal-ħut u jista’ jkun possibbli wkoll li jiġi minn proċessi naturali."

Ritratt: Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home