Tuesday, June 14, 2016

Il-Pjazza tat-Tritoni se tkun pedonali,
bil-kiosks u bis-siġar

F'informazzjoni li ngħatat fil-Parlament għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, intqal li l-pjazza tat-Tritoni  barra Bieb il-Belt se tkun pedonali, bil-kiosks u bis-siġar.
Fi tweġiba Parlamentari l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi qal li  "ninsab infurmat li bħalissa il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għaddejja bil-laqgħat mal-imsieħba kollha biex tiffinalizza l-pjanti u l-applikazzjoni għal permess tal-Pjazza ta’ Tritoni bil-ħsieb li parti kbira tkun żona pedonali, isir pavimentar ġdid, tiġi organizzata lokazzjoni ta’ taxis u karozzini flimkien mal-kiosks u jinżergħu numru ta’ siġar."
minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home