Ebda ħaddiem fid-detenzjoni ma jista' jġorr arma tan-nar
Fil-Parlament illejla tqajmet il-kwistjoni, permezz ta' mistoqsija Parlamentari, dwar ħaddiema fiċ-ċentri ta' detenzjoni u kemm minnhom għandhom permess li jġorru arma tan-nar. Din il-mistoqsija saret mid-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, li hu midħla ta' dan is-settur peress li kien Ministru tal-Intern.
Il-Ministru Carmelo Abela wieġeb li, "Ħadd mill-persuni li
jaħdmu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni m’għandu l-permess li jġorr arma
tan-nar (jew xi tip ta’ arma oħra), ħlief il-ftit membri tal-Forzi
Armati ta’ Malta li huma mislufa mas-Servizz ta’ Detenzjoni. Dawn
il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta la huma awtorizzati u lanqas ma
jġorru arma tan-nar fuqhom waqt xogħol fiċ-ċentru. Is-servizz ta’
detenzjoni m’għandhx u qatt ma kellu armi tan-nar, għall-anqas taħt din
l-amministrazzjoni."
Ritratt: Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home