Friday, June 10, 2016

Tgħib binja storika oħra... tibda titwaqqa' Sunderland House fil-Veċċa

Sunderland House, eżattament fix-xatt tal-Veċċa f’San Pawl il-Baħar, kienet binja mill-isbaħ. Binja storika li matul it-Tieni Gwerra Dinjija kienet il-bażi tar-Royal Air Force Sea Rescue.
    Minflok din id-dar pittoreska issa se tinbena blokka appartamenti. Fost residenti f’San Pawl il-Baħar u anke persuni oħra li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku, ma naqsux kummenti ta’ rabja bħal "tlifna binja storika" u "tlifna biċċa mill-istorja ta’ Malta".
    L-istoriku Max Farrugia kiteb li, "tal-mistħija lil dawk kollha li kienu involuti, mill-iżviluppatur sal-periti u l-MEPA li ħarġet il-permess." Max Farrugia jiddeskrivi din il-binja bhala patrimonju nazzjonali.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home