Il-paviment taħt l-arkati fi Pjazza San Ġwann…se jinbidel kollu b'disinn ġdid
Pjazza San Ġwann, eżattament il-paviment li hemm taħt l-arkati, se jinbidel kollu kemm hu b'disinn ġdid. Id-disinn il-ġdid se jkun karatterizzat mis-Salib tal-Ordni ta' San Ġwann, li se jkun fiċ-ċentru tal-paviment.
Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-paviment jinbidel, kemm għax dak li kien hemm ma kienx adattat għall-post kif ukoll għax dan kien fih għadd ta' ħsarat. Dan il-paviment se jkunu qed jagħti dehra ġdida lil dan il-passaġġ, ftit xhur qabel il-Belt Valletta tiġi dikjarata bħala l-Belt Kulturali Ewropea fis-sena 2018.
Resident li tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li, "Kienet ilha tinġibed l-attenzjoni li dak il-paviment kellu jinbidel. Ma kienx jixraq għal din il-pjazza. Għandek il-Konkatidral li hu meqjus bini imprezzabbli iżda mbagħad l-art ta' din il-parti tal-pjazza kienet inferjuri ħafna. Pass tajjeb li din issa se tinbidel."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home