Esperti se jagħmlu analiżi ta' x'taħriġ hemm bżonn għal membri f'korpi dixxiplinati
Wieħed mill-ilmenti li joħroġ minn persuni li jmorru għal xi servizzi f'Għases tal-Pulizija hu dak ta' nuqqas ta' konsistenza jew problemi biex jittieħdu passi fuq każi speċifiċi. Ħafna drabi l-Pulizija għandhom ukoll il-problema ta' pressjoni kbira ta' xogħol. Ilmenti simili kienu tqajmu f'kumitat Parlamentari dwar kif il-Pulizija jitrattaw każi ta' vjolenza domestika, meta dawn jiġu rappurtati fl-Għases. Din is-sitwazzjoni issa se tibda tiġi trattata u dan hekk kif se titwaqqaf aġenzija għall-korpi dixxiplinati, fejn se jinħatru esperti biex jagħmlu analizi ta' x'hemm bżonn f'dak li hu taħriġ għall-membri tal-korpi dixxiplinati, li huma l-Armata, l-Pulizija, Protezzjoni Ċivili u l-Gwardjani fil-ħabs.
Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela waqt li
ppreżenta l-abbozz dwar akkademja għall-korpi dixxiplinati qal li dan se
jwassal biex jagħti qabża fil-kwalità f'dak li hu taħriġ għall-korpi
dixxiplinati. Qal li dan se jġib bidla effettiva fil-kwalità
tas-servizz.
Enfasizza li "dan l-abbozz ta' liġi qed jiġbor
flimkien il-korpi dixxiplinati. Din tinvolvi taħriġ lir-rekluti u anke
lill-membri li jkunu diġa qed iservu f'xi wieħed mill-korpi dixxiplinati
fosthom il-Pulziija u l-Armata. Irridu nġibu bidla fil-mentalità u din
tiġi b'aktar taħriġ. Dak li qed nipproponu f'din il-Kamra llum, hu
qabża fil-kwalità". Hu qal li fil-passat kien hemm taħriġ iżda ma saritx
il-qabża fil-kwalità u qal li b'dan l-abbozz se jogħla l-livell
tat-taħriġ.
Tenna li "din l-akkademja se tkun żviluppata aktar u
din se tkun akkademja għall-forzi dixxiplinati kollha kemm huma. Hemm
bżonn taħriġ speċjalizzat u sodisfatt li b'diskussjonijiet li saru
mal-unjins , dawn qablu ma' dan. It-taħriġ li se jingħata lill-membri
tal-korpi dixxiplinati, se jkun jista' jintuża mill-istess individwu
biex isib xogħol ieħor aktar 'l quddiem. Kull waħda mill-forzi
dixxiplinati għandhom bżonn nies aktar imħarrġin. Bla tlaqlieq ta' xejn
ngħid li t-twaqqif ta' din l-akkademja hu pass pożittiv. It-taħriġ ta'
qabel hu apprezzat imma dan irid jitjieb u jitpoġġa fuq sisien sodi".
Il-Ministru Abela qal li "jien tkellimt ma' min imexxi
l-università u l-MCAST biex nagħmlu ħidma flimkien. Se jiġu żviluppati
korsijiet mfasslin apposta għall-korpi dixixplinati. Jekk irridu
niżviluppaw taħriġ għall-Korp tal-Pulizija irridu naraw x'inhuma
l-bżonnijiet bħala parti mir-reklutaġġ tagħha. Irridu naraw x'inhu
meħtieġ għall-Pulizija f'dak li hu taħriġ għax-xogħol tiegħu. Għandhom
ikunu l-esperti li b'analiżi li jagħmlu iħejju dawn il-korsijiet.
Il-persuna li ġiet magħżula għandha sfond akkademiku u dan hu Paul
Caruana."
Hu qal li "sfortunatament jekk hemm korp dixxiplinat bla kultura ta' taħriġ hu l-faċilità korrettiva ta' Kordin."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home