Wednesday, June 1, 2016

'L-ispazju fl-arja... li wieħed iħares 'il fuq u jara s-sema, ukoll hu tan-nies'
      - Godfrey Farrugia

Illum qegħdin nisimgħu dejjem aktar bi żvilupp li jogħla 15, 20 u anke aktar sulari, tant li fl-aħħar jiem smajna min isemmi l-kunċett ta' mini Manhattan f'Malta f'każ li Malta tibda tmur għal bini għoli. Dwar dan tkellem fl-aġġornament fil-Parlament Godfrey Farrugia, fejn iddikjara li l-ispazju fl-arja, li wieħed iħares 'il fuq u jara s-sema wkoll hu tan-nies". Hu sejjaħ biex il-liġi tad-demanju pubbliku li għadha kif għaddiet mill-Parlament terġa' tkun riveduta biex is-sotto erran u l-ispazju jibdew jitqiesu bħala tal-pubbliku.
Godfrey Farrugia fil-ħin tal-aġġornament qal li, "Aħna l-Maltin għandna l-kult tal-ġebla. Illum li tibni fil-ġebla hi preġju għax qridnieha. Dan ta lok għal nuqqas ta' ħarsien tal-ambjent naturali. L-ispazju naturali ftit ftit qed jgħib. Il-qerda tal-ambjent m'għandha qatt ikollha x'taqsam mal-iżvilupp ta' pajjiżna."
Żied jgħid li, "Għalkemm għadna kif għaddejna l-liġi tad-demanju pubbliku - li hi pass ta' ġgant għax tirrikonoxxi u tippreserva żoni sħaħ f'Malta, nemmen li wasal iż-żmien li nerġgħu naraw din il-liġi għax din għandha nuqqasijiet għas-sotto terran u l-ispazju fl-ajru. Issa qed nibnu b'20 u 40 sular. L-ispazju fl-ajru, li tara s-sema, dak hu wkoll demanju pubbliku."
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home