Wednesday, June 1, 2016

Il-ġenituri m'għandux ikollhom poter assolut fuq it-tfal

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, għamel dikjarazzjoni kontroversjali fil-Parlament illejla u dan hekk kif iddikjara li l-ġenituri m'għandux ikollhom poter assolut fuq it-tfal. Quddiem dan hu talab li jkun hemm reviżjoni tal-Kodiċi Ċivili u dan biex il-poter tal-ġenituri fuq it-tfal ikun aktar bilanċjat. Hu enfasizza li, "Għandna każi ta' tfal li jkollhom bżonn imorru għand psikologu u l-ġenituri jgħidu le. Ġenituri li jkunu se jisseparaw jużaw it-tfal kontra xulxin. Inħoss li għandha ssir reviżjoni tal-Kodiċi Ċivili għax il-ġenituri mhux dejjem iġib l-ewwel interess tat-tfal." Tenna li dan il-ġenituri m'għandux ikollhom poter assolut imma jkun hemm aktar bilanċ.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home