'Ħafna kienu jammiraw l-onestà ta' Dj Lito…kienu jdejquh l-inġustizzji'
"Ħafna kienu jammiraw l-onestà ta' Dj Lito. Kien bniedem li kienu jdejquh l-inġustizzji". Hekk jikkummenta Jeremy Camilleri, ħabib tal-qalb ta' DJ Lito li lbieraħ miet traġikament f'inċident tat-traffiku f'Bormla. Diversi bands Maltin fosthom The Creepers, Forsaken u Forty Days of Rain fost oħrajn esprimew id-dispjaċir tagħhom għal dini t-telfa.
Jeremy Camilleri, ħabib tal-qalb ta' DJ Lito kkummenta li "kelma kont
tgħidha. Għamilt ħafna għedewwa fuq hekk. Imma ħafna kienu jammiraw
l-onestà tiegħek. Meta inti kont żbaljat ħafna ħarġu biex isallbu.
Minkejja li ma qbiltx miegħek, ippruvajt ngħinek toħroġ minn sqaq
mudlam. Għad għandi l-messaġġi li bgħattli f'dawk iż-żminijiet. Nafek
bħala bniedem li kienu jdejquk ħafna l-inġustizzji. U forsi din ukoll
kienet iddejjaq lil min hu komdu iħalli dawn l-affarijiet għaddejjin.
Iżda inti ma qtajt qalbek qatt. Iffissat fuq il-mużika. Ir-Rock kien
l-ewwel u qabel kollox. M'initx se tarahom lil Uriah Heep iżda ċert li
se ssellilna għal Dio."
Minn naħa tiegħu, John Bundy iddeskriva lil DJ Lito bħala 'persuna ġenwina, sinċiera u onestà".
Il-band Forsaken, iddikjaraw li l-kondoljanzi tagħhom u ddeskrivew
l-mewt tiegħu bħala 'xokk'. Jgħidu li "l-band tagħna kie iħobbha u kien
jappoġġjaha".
Il-band 'Forty Days of Rain' tgħid li "ninsabu mkissrin bil-mewt
tiegħu. Kien ħabib ta' kull mużikant f'Malta. Kien pilastru tal-mużika
rock f'Malta". Anki l-band Fire Malta iddeskrivew bħala 'rocker ta'
veru. Dan kien ir-Rockopedia ta' Malta. Ħabib tal-band tagħna.
Nirringrazzjawk tal-appoġġ li tajtna tul is-snin".
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home