Ta' disa' xhur orfni u maħruqa… appell biex tkun adottata
Spiċċat orfni. Maħruqa minħabba fjuwil abbord id-dingi. Ommha kienet qed iżżommha f'idejha fl-ilma. Spiċċat għerqet, imma t-tifla ta' disa' xhur ġiet salvata. Voluntiera f''Lampedusa meta kuntattjata qaltilna li, "Il-każ tagħha xxukkjana. Kulħadd idur magħha. Kulħadd irid jaraha. Ovvjament trid tittieħed f'istituzzjoni. Naħseb li se tittieħed f'Agrigento. It-tama tagħna hi li tiġi adottata."Staqsejnieha x'kienu l-ewwel interventi li sarulha hekk kif ġiet salvata, bir-risposta tkun ħalib u ikel u anke ndilket b'ingwent minħabba ħruq. It-tifla ssemmiet 'Favour' u hi mill-Mali. Hi ġiet salvata nhar l-Erbgħa li għadda. It-tifla u ommha spiċċaw inħarqu sew minħaba fjuwil li nħareġ mid-dingi li fuqu kienu qed jivvjaġġaw.
Meta ġiet salvata, hi kienet f'idejn immigranta aktarx Niġerjana, li wkoll kienet b'diversi ħruq f'partijiet f'ġisimha. Hi spjegat mill-ewwel li t-tarbija kienet ġiet salvata meta l-omm għerqet matul il-vjaġġ. It-tarbija ttieħdet Lampedusa fejn bdiet tingħata kura mit-tabib Pietro Bartolo, magħruf għall-assistenza lill-immigranti.
Pietro Bartolo fl-ewwel kummenti tiegħu qal li, "Meta għaddewhieli, jien ħadtha f'idejja. Għamlet l-awrina fuqi. Kien sinjal tajjeb għax turi li kienet għadha ħajja." Hu appella biex it-tarbija tkun adottata. Favour u ommha kienu qed jivvjaġġaw flimkien ma' 120 persuna fuq dingi u ġew salvati minn bastiment Norveġiż.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home