Friday, May 27, 2016


'Alex'...twieled ftit wara li ommu kienet salvata u ssemma għall-kaptan

Kienu f'xifer il-mewt. Ma jafux jekk hux se jaslu. Abbord dinghi mimli immigranti. Kienet l-aħħar tama li kien fadalilhom wara dak kollu li għaddew minnu fil-Libja. Fuq id-dinghi kien hemm koppja Afrikana. Telqet minn sitwazzjoni diffiċli fil-Libja bl-għan li tasal l-Italja. Prattikament ma kellhom xejn fuqhom. Lanqas ħwejjeġ għat-tarbija li kienet se titwieled fi żmien qasir.
Telqu mil-Libja f'nofs ta' lejl iżda d-dinghi beda jiffaċċja diffikultajiet u dan meta fjuwil biżżejjed ma kienx hemm.
B'dinghi jitbandal mal-kurrent, din il-koppja ftit li xejn kien fadlilha tama. Biss huma intlemħu permezz ta' tromba u mmedjatament bastiment ta' Medecins Sans Frontieres salvahom. Kien il-bastiment Aquarius li wettaq is-salvataġġ.
Ftit ħin wara, meta immigranti oħra bdew jiċċelebraw is-salvataġġ, l-omm welldet it-tarbija. Ma setax jonqos li dawk abbord bdew jistaqsu għall-isem.
Din il-koppja ħalliet lil kulħadd bla kliem meta infurmaw li dik it-tarbija kienu se jtuha l-isem ta' 'Alex'. Issemma għal kaptan tal-Aquarius li salvahom.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home