Tuesday, May 24, 2016

Jappella biex tonqos il-kera fuq appartamenti tal-Gvern għax 'hawn min mhux qed jiekol'

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Abela llejla fil-Parlament appella biex il-Gvern jikkonsidra li jraħħas il-kera fuq appartamenti tal-Gvern. Qal li din kienet għoliet xi xhur ilu u llum hawn min mhux ilaħħaq, tant li biex il-flus iservu hemm min qed joqgħod lura mill-ikel. Id-Deputat Nazzjonalista qal li fejn jirrigwarda self fuq djar f'Malta m'hemmx is-sitwazzjoni li teżisti fl-Ewropa u enfasizza li huma ftit dawk li jissellfu u ma jaslux biex iħallsu d-dejn fuq id-dar tagħhom. Spjega kif hemm ammont ta' nies li jispiċċaw iħallsu d-dejn fuq id-dar qabel iż-żmien stipulat.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home