Tuesday, May 24, 2016

Ċensu Galea taqbiżlu

Waqt seduta li fiha kontinwament kien qed isikket lill-membri Parlamentari minħabba storbju waqt li kienu qed isiru interventi minn Deputati oħra, id-Deputat Speaker Ċensu Galea lejn l-aħħar tad-dibattitu fil-Parlament qabżitlu sew u nstema' jirrimarka li, "Il-monti għadu ma nfetaħx!” Dak il-ħin kienet qed titkellem il-Ministru Helena Dalli, li b'ċajta rrimarkatlu li, "Semmejt il-monti għax qed niddiskutu l-affarijiet tal-konsumatur.” Din ir-rimarka xejn m'għoġbot lil Ċensu Galea, li weġibha lura u qalilha, "Mela issa waqqafhom int.” Il-Ministru rrimarkat li dak li qalet qalitu biċ-ċajt, u Ċensu Galea qalilha li, "Meta jinqalgħu l-problemi hawn ma jkunux taċ-ċajt.”
  minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home