Friday, May 27, 2016

Kienet tpinġiet f'Malta…pittura ta' Caravaggio tintgħażel bħala simbolu ta' immigranti mgħarrqin fil-Mediterran

Pittura ta' Michelangelo Merisi magħruf bħala 'Caravaggio', pittur li għamel żmien jgħix f'Malta, intgħażlet biex tkun simbolu li jfakkar l-immigranti li mietu mgħarrqin fil-Mediterran. L-għażla tal-pittura kienet ispirata mill-għarqa ta' tfajjel Aylan s-sena li għaddiet. Filfatt kienet il-Gallerija tal-Arti Uffiżi li biex tfakkar il-mewt taċ-ċkejken Aylan, għażlet pittura ta' Caravaggio li fiha l-Kupidu rieqed. Din il-pittura se tkun esebita fl-ewwel esebizjoni li se ssir fil-Muzew ta' Lampedua dwar id-djalogu fil-Mediterran.
L-esebizzjoni se tiftah fit-3 ta' Ġunju u dan se jsir fil-preżenza tal-President Taljana Sergio Mattarella. Il-pittura mhux biss se sservi biex tfakkar it-traġedja ta' Aylan, imma għandha tfakkar lil dawk it-tfal kollha li mietu mgħarrqin fil-vjaġġ ta' tama fil-Mediterran u anke lil dawk li ġew salvati.
Din il-pittura ta' Kupidu rieqed kienet kummissjonata għal Fra Franceso dell'Antella, Segretarju tal-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Minn skrizzjoni fuq wara tal-pittura jingħad li din tpinġiet waqt li Caravaggio kien f'Malta fis-sena 1608. Il-pittura tfisser l-abbandun tal-pjaċiri tad-dinja. Il-pittura llum tinsab f'Gallarija Palatina f'Firenze.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home