Friday, May 27, 2016


'La tridu Malta ġungla, se jkun hawn min jibda jimxi bil-liġi tal-ġungla'
     - is-Segretarju tal-Patrijotti

Quddiem il-fatt li l-Pulizija arrestat tnejn minn tliet persuni li kienu involuti fi ġlieda f'Paceville bi xwabel tas-Samurai, is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Patrijotti Maltin iddikjara fis-sit tal-istess għaqda li, "La tridu Malta ġungla, se jkun hawn min jibda jimxi bil-liġijiet tal-ġungla."
Battistino kiteb li, "Jien kont staqsejt kinux ukoll żewġ Libjani. Issa nista' nistaqsi min ħarġilhom il-permess lil dawn iż-żewġ bestji slavaġ. Jekk se jmissu lil uliedna, f'ras il-għajn ħa mmorru. Xi ħadd se jkollu jġorr ir-responsabbiltà. La tridu Malta ġungla, se ikun hawn min jibda jimxi bil-liġijiet tal-ġungla."
L-ispettur Sandro Camilleri tal-Police Officers Union tal-GWU fuq is-sit soċjali tiegħu kien ħabbar li tnejn minn tliet persuni mfittxijin fuq dan il-każ kienu arrestati wara ħidma tal-pulizija ta’ San Ġiljan u dawk tar-Rapid Intervention Unit.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home