'Ħalluha tinħaraq…l-aħjar aħbar li smajt f'ħajti"
- Paul Salomone
It-titlu ta' l-aħbar kien jgħid li "L-akbar moskea fl-Ewropa tinħaraq'. Artiklu li kien pubblikat f'Settembru tas-sena li għaddiet imma li xi ħadd tellgħu ftit jiem ilu fis-sit tal-Għaqda Patrijotti Maltin, li issa se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali.
Mal-kummenti li nkitbu għal din l-aħbar f'dan is-sit, jispikka dak ta' Paul Salomone, il-persuna li għaxar snin ilu ttella' l-Qorti akkużat b'inċitament razzjali f'meeting quddiem il-Qorti. Salomone ma' din l-aħbar tal-ħruq tal-Moskea, ddikjara li "din hi l-aħjar aħbar li smajt sa mill-bidu ta' ħajti. Ħalluha tinħaraq".
L-aħbar kienet dwar ħruq tal-moskea Baitul Futuh f'Morden fin-nofsinhar ta' Londra. Fis-sena 2006, Paul Salomone li dak iż-żmien kien membru fl-Alleanza Nazzjonali Repubblikana kien ittella' l-Qorti akkużat b'inċitament razzjali.
Ftit ġimgħat ilu fuq l-istess sit hu kien iddikjara li "'jien kont arrestat u umiljat u dan sempliċiment għax għidt il-verita. Imma lili ma rnexxilhomx ikissruni. Jien b'saħħti u hekk irrid nibqa' u dan għas-sigurtà tal-familja tiegħi. Jien qatt mhu se nħalli l-familja tiegħi ssir Musulmana mill-politiċi tagħna. Qatt. Malta Qum."
Ikompli jikteb li "jgħidu li jien razzist. Mhix problema. Għamluli branding ta' razzist 10 snin ilu. Wara ftit żmien tidraha. Iva jien ġejt branded bħala razzist għax għidt il-verità u xejn inqas mill-verità. Qatt imma ma jien se nitradixxi lil pajjiżi jew lill-familja".
Ta' min jgħid li fl-aħħar jiem fil-Qorti ngħatat sentenza lil Gwardjan tal-ħabs, fejn dan ma nstabx ħati li għadda kumment razzista fuq Facebook għax id-diskors tiegħu kien indirizzat lejn persuni li qegħdin barra minn pajjiżna u mhux jgħixu fostna. Vincent Debono, ta’ 46 sena, kien ġie mixli li fit-22 ta’ Ottubru 2015 u fix-xhur ta’ qabel għamel użu mhux xieraq ta’ apparat ta’ komunikazzjoni kif ukoll li uża kliem ta’ theddid, abbużiv jew insolenti biex iqajjm mibegħda razzjali.
Il-każ kellu l-bidu tiegħu meta ċerta Laura Kalderauska, fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, tellgħet artiklu dwar kif f’temp ta’ sitt ijiem fl-Iżvezja ngħataw in-nar tliet kampijiet tar-refuġjati. Debono kkummenta billi kiteb il-frażi “I hope it's burning with them inside” u minħabba din il-frażi spiċċa mressaq mill-Pulizija quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja.
Huwa ammetta l-akkuża li għamel użu ħażin minn apparat elettroniku u kien ikkundannat €5,000. Madankollu ma nstabx ħati li inċita mibegħda jew razziżmu għax il-liġi tgħid li biex dan isir, ir-referenza trid tkun għal persuni li jkunu f’Malta mentri l-akkużat kien qed jirreferi għal nies li kienu barra.
Fl-istess waqt li ħelsu minn din l-akkuża, il-Maġistrat Bugeja għamilha ċara li l-liġi għandha tinbidel biex it-tifsira ta’ vjolenza jew mibegħda razzjali tkun tinkludi wkoll nies li ma jkunux qed jgħixu Malta anke jekk il-kumment ikun sar f’pajjiżna.
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home