'Il-villa Rumana li tinsab għall-bejgħ tista' tkun protetta bil-Liġi tad-Demanju Pubbliku' - il-Ministeru għall-Ambjent
Wara r-rapport pubblikat minn inewsmalta.com u t-tħassib minn diversi esperti tal-wirt storiku dwar il-fatt li fdalijiet Rumani spiċċaw għal bejgħ fuq sit ta' aġenzija li tbiegħ il-proprjetà, il-Ministeru għall-Ambjent f'kummenti li tana enfasizza li issa li daħlet il-liġi tad-Demanju Pubbliku siti bħal dawn jistgħu ikunu protetti.
Il-Ministeru qal lil inewsmalta li "Indubbjament
bil-Liġi tad-Demanju Pubbliku, siti bħal dawn jistgħu ta’ bilħaqq jiġu
protetti. Li jrid jsir hu li ssir talba formali lill-Kunsill Eżekuttiv
tal-Awtorità tal-Ippjanar. Din l-Awtorità tagħmel l-istħarriġ tagħha,
jekk is-sit għandux ikun klassifikat bħala demanju pubbliku. Jekk
fl-affermattiv din tiġi inkluża f’rapport relattiv li jiġi ppreżentat
lill-Parlament f’Settembru."
Il-Ministeru qal ukoll li "s-siti kollha li jiġu kklassifikati bħala
tali, imbagħad ma jkunux jistgħu jiġu mittiefsa jew snaturati.
Id-drittijiet privati tal-individwi jibqgħu hemm, pero bl-obbligu li
dawn bl-ebda mod ma jikkontaminaw l-istess sit, kemm mill-aspett
patrimonjali kif ukoll dak ambjentali. Fil-mument pero jekk min hu
interessat jidhirlu li hemm bżonn protezzjoni immedjata, ta’ min jikteb
b’mod immedjat lis-Sovrantendenza tal-Patrimonju Kulturali".
Dawn il-fdalijiet storiċi - li huma patrimonju nazzjonali - jinsabu
reklamati bħala 'għall-bejgħ'. Persuni li għandhom għal qalbhom il-wirt
storiku meta tkellmu ma' inewsmalta spjegaw li fis-sena
2006, kienet saret dikjarazzjoni ministerjali li fiha intqal ċar u tond
li dawn il-fdalijiet storiċi għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.
Issa fir-reklamar li qed isir qed jingħad ċar u tond li hemm ħames
itmiem art għall-bejgħ inkluż il-fdalijiet Rumani. Dan għall-prezz ta'
€93,000.
Espert tal-wirt storiku meta kien tkellem ma' inewsmalta qalilna
li, "Nifhem li l-art madwar is-sit hi privata. Imma ma nistax nifhem
kif fdalijiet storiċi jispiċċaw jinbiegħu. Hi tal-mistħija kif
patrimonju nazzjonali jispiċċa reklamat għall-bejgħ. Jekk m'iniex sejjer
żbaljat kienet saret esproprijazzjoni fuq dawn il-fdalijiet
fis-sebgħijnijiet. Naħseb li wasal iż-żmien issa li ddaħħlet il-liġi
dwar demanju pubbliku, l-awtoritajiet konċernati jaraw li dawn
il-fdalijiet storiċi verament ikunu tal-pubbliku." L-istess espert
qalilna li kienet saret dikjarazzjoni ministerjali minn Tonio Borg u
f'laqgħa li kienu saru mal-Assoċjazzjoni tar-Ramblers kien issemma' li
dan is-sit għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.
Is-sit inkwistjoni għandu żewġ ħaġriet kbar u dwarhom hemm nuqqas ta’
qbil. L-arkeologu David Trump ma jaqbilx li is-sit huwa wieħed neolitiku
għax il-biċċiet ta’ fuħħar misjuba fil-viċinanzi tas-sit kellhom
karatteristiċi Puniċi u Rumani. Is-sit, skont Trump, huwa wieħed Puniku.
Mill-banda l-oħra, Evans fl-1971 inkluda dawn il-ħaġriet bħala parti
minn struttura li aktarx hija tempju ta’ żmien il-bronż. Pavimentar
tal-villa Rumana kien jikkonsisti f’madum maqtugħ forom ta’ djamant.
Il-pavimentar ftit li xejn għadu viżibbli, jew minħabba li nġabar waqt
xi studji, jew ittiekel bl-elementi. Jidher li ħafna ġebel minn din
l-istruttura aktar tard inħatt u bih inbniet Villa Rumana. Partijiet
mill-pedamenti ta’ din il-Villa jinsabu mikxufin, filwaqt li oħrajn
għadhom mirdumin taħt il-ħamrija. Dan kien isostnih Temi Zammit
fl-istudju li għamel fuq is-sit. Fis-sit hemm ukoll bir antik.
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home