Barbaġanni f'erba' postijiet… il-kaċċaturi jaħdmu fuq proġett biex din it-tajra tiżdied
Ix-xnigħat li kien hawn fost għadd ta' dilettanti tal-għasafar dwar il-preżenza ta' barbaġanni f'pajjiżna, issa qed ikunu kkonfermati. Kien l-ornitologu Natalino Fenech li kkonferma li rċieva diversi rapporti li dehru barbaġanni f'Malta u minn investigazzjoni li saret ġie kkonfermat li hawn tliet postijiet f'Malta li fihom hemm il-barbaġann kif ukoll wieħed f'Għawdex.Fenech spjega li sa issa mhux magħruf jekk dawn humiex f'pari jew waħdiet, iżda hemm probabbilità li dawn qed ibejtu jew se jbejtu. Spjega wkoll kif il-barbaġann ma jpassix bħal tajr ieħor u ta' kull sena jiġu waħdiet. Jekk jingħataw ċans, dawn jitrawmu.
Intant jidher li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjoni (FKNK) qed taħdem fuq proġett biex binja li għandha fil-Buskett tibda tintuża biex fiha jitrawmu u jitrabbew barbaġanni li mbagħad jintelqu fis-selvaġġ.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home