'B'mod onest nammettu li għadna m'għamilniex biżżejjed ma' dawk fl-akbar periklu ta' faqar' -
- Joseph Muscat
"Ix-xogħol hu l-aqwa politika kontra l-faqar. Iżda nifhmu li hawn nies li ma jistgħux joħorġu jaħdmu minħabba diversi ċirkostanzi. Dawn huma l-aktar nies li llum qegħdin fil-periklu tal-faqar. B'mod onest irridu nammettu li ma dawn in-nies għadna m'għamilniex biżżejjed. Min ma jistax jaħdem għadu fil-periklu tal-faqar u din hi l-isfida kbira ta' dan il-Gvern."
Dan sostnieh il-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tal-għeluq tal-Kungress Reġjonali f'Għawdex dalgħodu. Hu saħaq li hemm persuni b'diżabilità li tagħmel x'tagħmel hu impossibbli li joħorġu jaħdmu. Qal li dawk il-persuni li ma jistgħux jaħdmu rridu li l-benefiċċju tagħhom ngħolluh daqs il-paga minima.
"Qed nuru l-importanza li nattribwixxu lejn din il-gżira. Bħala pajjiż għandna sitwazzjoni li jixhdu dan l-aġenziji internazzjonali, fejn jgħiduli bħala pajjiż mexjin 'l quddiem. Forsi hawn min jistaqsini imma lili kif se jolqotni dan? Dawn l-aġenziji jagħmlu xogħol għal min irid jinvesti f'pajjiż. Ħadd mhu se jinvesti flusu f'pajjiż li dawn l-aġenziji jgħidulu li għandu ekonomija li qed tiċkien. Dawn qed jgħidu lill-investituri kollha madwar id-dinja li l-ekonomija qed tikber u li qed nittrattaw il-kwistjoni tal-enerġija. Ladarba ġej l-investiment, għandek aktar xogħol u allura aktar nies jaħdmu u aktar nies iħallsu t-taxxi. La għandek dan, imbagħad ma jkollokx għalfejn iżżid it-taxxi," qal il-Prim Ministru.
Kompla jgħid li, "Jien nenfasizza li dawn ir-rapporti ta' aġenziji barranin għandhom jingħataw importanza. Tliet snin ilu l-akbar problema li kellu l-pajjiż kienu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Illum dawn l-aġenziji qed jgħidu li dan il-Gvern irriforma l-qasam tal-enerġija."
Il-Prim Ministru semma wkoll li, "Il-kumpanija Methode se tinvesti €6 miljuni u issa dawn se jġibu linja ġdid tar-Renault, fejn issa s-switches tagħhom se jsiru f'Malta. Dawn jużaw ammont ta' barra minn hawn ta' elettriku. Issa fl-Ewropa ġejna bir-raba' l-irħas kontijiet fl-Unjoni Ewropea. L-Enemalta se tinvesti €6 miljuni f'substation fl-Imrieħel biex il-fabbriki hemm ma jkollhomx il-problema li għandhom Tas-Sliema, fejn għax ma sarx investiment qed ikun hemm qtugħ ta' dawl fis-sajf."
Semma li l-prezz taż-żejt reġa' għola għal €50 l-barmil u qal li kieku l-Gvern ma kellux pjan, lill-Methode flok iserrħilhom rashom kien jgħidilhom li se jkollna ngħollu l-prezzijiet għall-elettriku.
Qal li nhar it-Tlieta li ġej se nkunu qed inħarsu u se jkollna preżentazzjoni mill-Caritas dwar ir-rapport li għamlu. "Ix-xogħol hu l-aqwa politika kontra l-faqar. Iżda nifhmu li hawn nies li ma jistgħux joħorġu jaħdmu minħabba diversi ċirkostanzi. Dawn huma l-aktar nies li llum qegħdin fil-periklu tal-faqar. B'mod onest irridu nammettu li ma dawn in-nies għadna m'għamilniex biżżejjed. Min ma jistax jaħdem għadu fil-periklu tal-faqar u din hi l-isfida kbira ta' dan il-Gvern. Irridu li l-benefiċċji intuhom lil min ġenwinament ma jistax jaħdem," qal il-Prim Ministru.
Hu spjega li hemm bżonn dibattitu fil-pajjiż dwar il-kompetittività u dwar kemm hu l-inqas ammont ta' flus li persuna tista' tgħix bihom.
Kompla jgħid li, "Bdew it-testijiet fuq il-pedamenti tal-isptar f'Għawdex u x-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena. Sal-lum il-ġurnata, il-livell tas-saħħa kien inqas u qisu kulħadd kien jaċċettaha. L-isptar li se jinbena f'Għawdex se jkun aqwa minn dak ta' Malta fejn minn 260 sodda se jitla' għal 450 sodda. Mal-isptar se jkollna l-iskola medika u din se ġġib lejn Għawdex għal disa' xhur fis-sena mijiet ta' studenti li se jgħixu f'Għawdex u se joħolqu suq ġdid. Qed inħarsu ukoll lejn turiżmu mediku, billi nġibu barranin jiġu għall-kura hawn."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home