Monday, May 30, 2016

'L-awtoritajiet qed jistħarrġu…aħna m'aħniex Neo Nażisti' - Suldati ta' Odin

Waqt li komplew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet dwar il-grupp sigriet bl-isem ta' 'Suldati ta' Odin Malta', liema grupp kellu l-għan li jagħmel rondi fit-toroq u anke kien qed jirrekluta n-nies biex jagħmlu dan, l-istess grupp ħareġ dikjarazzjoni ġdida fejn din id-darba għamilha ċara li huma m'humiex Neo Nażisti. Iddikjaraw li lesti jiltaqgħu ma' kull min irid ikellimhom anke mezzi tal-midja.  Tennew li l-għan tagħhom hu li jaraw li ma jsirux atti kriminali.
Intant inewsmalta.com wara li investiga dan il-grupp għamel kuntatt kemm mal-Ministeru tal-Intern u anke mal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali biex nieħdu r-reazzjoni tagħhom għat-twaqqif ta' dan il-grupp u l-attivitià tagħhom fl-Ewropa. Il-Ministeru tal-Intern qalulna biss li l-Pulizija kienu qed jinvestigaw u li ma jistgħux isiru rondi għax dan hu ksur ta' liġi. Huma ma wieġbu xejn dwar x'inhu l-ħsieb tagħhom dwar gruppi bħal dawn.
Minn naħa tiegħu l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, wara li ntlabna nibagħtu l-mistoqsijiet bil-miktub qalulna li "l-Ministeru infurmat li l-awtoritajiet kompetenti qed jitħarrġu l-kontenut tal-istorja. F'dan l-istadju m'għandniex aktar xi nżidu".
Wara li inewsmalta.com ħareġ dettalji ġodda nhar is-Sibt dwar dan il-grupp u dan wara investigazzjoni li għamilna, l-istess grupp ħareġ dikjarazzjoni ġdida.  Din id-darba huma iddikjaraw li "irridu nagħmlu l-affarijiet ċari ħafna. Aħna mhux razzisti. Lanqas aħna xi grupp tal-muturi jew Neo Nażi.  Aħna sempliċiment grupp internazzjonali li nħobbu ngħinu l-ġirien. Inħobbu u rridu nipproteġu l-kultura tagħna waqt li nippruvaw nżommu milli jsiru atti ta' kriminalità, bħalma suppost jagħmel kull ċittadin."
Ikomplu jgħidu li "aħna nilqgħu kull mistoqsijiet li jistgħu jsiru lilna u din tinkludi anki ġurnalisti u organizazzjonijiet tal-medja. Ma narawx il-punt għaliex qed jintlagħbu logħbiet stupidi. M'għandna xejn x'naħbu u m'għandkomx għax tibżgħu minna, sakemm m'intomx kontra l-valuri tagħna". 
minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home