Wednesday, June 1, 2016

'Numru konsiderevoli ta' tfal li jekk ma ttihomx kolazzjon l-iskola jibqgħu bla ikel ġurnata sħiħa'

Il-Breakfast Club fl-iskejjel tal-Istat, li permezz tiegħu tfal jingħataw kolazzjoni fl-iskejjel bla ħlas, kien is-suġġett ta' għadd ta' mistoqsijiet fil-Parlament. Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, waqt li qajjem il-punt li jridu ikun żgurat u aċċertat li f'dan il-breakfast clubs jingħata ikel tajjeb għas-saħħa skont il-linji ġdida, iddikjara li, "Għandna numru konsiderevoli ta' tfal u adolexxenti li jekk ma jingħatawx kolazzjon mill-iskola jibqgħu bla kolazzjon filgħodu u bla ikel waqt il-ħin kollu tal-iskola." Hu saħaq li, "Il-Breakfast Club irid ikun immexxi tajjeb u li nkunu ċerti li qed jagħti ikel tajjeb għas-saħħa. Irridu niżguraw u rridu naħdmu iżjed biex niżguraw li dawk it-tfal li għandhom bżonn dan is-servizz nilħquhom.”
Dwar dawn it-tfal li jmorru bla ikel l-iskola u li bħalissa l-iskejjel b'mod indivdwali qed iħejju ikel għal dawn it-tfal, il-Ministru Bartolo qal li wieħed għandu jaħseb li forsi kun hemm programm sostnut u qawwi mill-Gvern.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home