Familja Taljana se trabbi lil Favour - għexieren ta' talbiet biex jaddottawha
Favour, tifla ta' disa' xhur li salvat mill-għarqa din il-ġimgħa se tiġi adottata minn familja Taljana. Omm Favour, li kienet tqila bit-tieni wild tagħha, tilfet ħajjitha wara li sofriet ħruq minn fjuwil fuq dgħajsa mimlija immigranti li eventwalment għerqet fil-Mediterran. Magħha tilfu ħajjithom erba' persuni oħra. It-Tabib Pietro Bartolo ta l-ewwel għajnuna lit-tarbija fuq il-ġżira ta' Lampedusa. Ritratt tiegħu ma' Favour malajr ġera ma kull rokna fl-Italja.Favour u għexieren oħra li salvaw se jiġu rilokati minn Lampedusa lejn Sqallija. Hija se ttitieħed f'ċentru għall-kura tat-tfal qabel ma tingħata lill-familja li se trabbiha.
Dr Bartolo kien l-ewwel persuna li talbet biex taddotta lil Favour imma hu stess jaf li minħabba l-età li għandu u peress li għandu tliet it-tfal oħra, ma tantx huwa possibbli li jingħata l-kustodja tagħha. "Nixtieq inżommha miegħi għal dejjem", qal Bartolo.
Huwa stqarr lit-telefon tal-klinika tiegħu f'Lampedusa ma waqafx idoqq wara li x-xandret l-aħbar ta' Favour.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home