Wednesday, June 1, 2016

Il-mogħża Maltija... ħsieb li jsir programm ta' konservazzjoni

Bid-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina jistaqsi dwar xi programm għandu d-Dipartiment Veterinarju biex jirriserva r-razza tradizzjonali tal-mogħża Maltija, ir-risposta kienet li programm simili ma jeżistix għalkemm hemm programm ta' tkattir. Il-Ministru Jose Herrera, għal mistoqsija ta' Bezzina, wieġeb li, "Id-Dipartiment Veterinarju m’għandu l-ebda programm ta’ preservazzjoni kif msemmi. Min-naħa l-oħra, id-Direttorat tal-Agrikoltura, fl-Għammieri, għandu programm tat-tkattir tar-razza tal-mogħża Maltija. Fl-istess waqt id-Direttorat għad-Diversifikazzjoni u l-Kompettività qiegħed f’taħditiet ma’ NGO lokali li l-għan tagħha hu li tikkonserva razez ta’ annimali indiġeni Maltin. Hemm il-ħsieb li flimkien ma’ dan id-Direttorat isiru xi studji fuq ir-razez Maltin u anke programmi ta’ konservazzjoni li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ raħħala madwar Malta u Għawdex."
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home