Wednesday, June 1, 2016

L-allegat tixħim ta' €30,000 mill-FTS... il-Pulizija tinvestiga u tibda proċedura ta' malafama

Il-każ dwar l-allegazzjonijiet li saru f'sezzjoni tal-istampa dwar tixħim ta' €30,000 fi ħlasijiet mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kien is-suġġett ta' mistoqsija fil-Parlament, fejn mit-tweġiba tal-Ministru Evarist Bartolo jidher li mhux biss instab li ma kienx hemm tixħim, talli l-Pulizija bdew proċeduri ta' malafama kontra min għamel l-allegazzjonijiet. Il-Ministru Evarist Bartolo, meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Charlo Bonnici, qal li, "Id-deċizjoni dwar x’jiġi investigat hija prerogattiva tal-Pulizija. Infurmat li ftit wara li saru l-allegazzjonijiet, żewġ persuni mill-FTS għamlu rapport uffiċjali fejn ġew mgħarrfa l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni lill-Pulizija. Dawn ir-rapporti ġew mgħoddija lis-Segretarju Permanenti bħala evidenza li azzjoni ttieħdet. F’dawn ir-rapporti, l-individwi kkonċernati spjegaw fid-dettall l-allegazzjonijiet li għamel individwu partikolari u ċaħduhom. Bħala riżultat ta’ wieħed minn dawn ir-rapporti, il-Pulizija bdew proċeduri fil-Qorti dwar malafama. Ix-xahar li għadda, wara seduta l-Qorti, is-Segretarju Permanenti kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija.”
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home