Wednesday, June 1, 2016

Siringi taħt bankina fis-Swieqi…ilmenti li dam ma nġabru

Il-kwistjoni ta siringi użati minn persuni li jabbużaw mid-droga u li jintremew f'postijiet pubbliċi u toroq, din id-darba ġabet ilmenti mis-Swieqi. Dan hekk kif taħt bankina partikolari kien hemm siringi mormijin. Fost residenti fis-Swieqi, kien hemm ilmenti li minkejja li għamlu kuntatt mal-Pulizija dawn infurmaw li ma setgħux imorru immedjatament minħabba materji aktar urġenti.
Is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, ikkummenta dwar dan u ddeskriva din is-sitwazzjoni bħala 'serja ħafna'. Hu qal li "din hi kwistjoni serja u normalment nitrattaw dawn il-każijiet b'urġenza. Infurmawni mill-ewwel meta taraw xi ħaġa simili". 
inewsmalta.com fl-aħħar jiem xandret diversi rapporti dwar din il-problema ta' siringi użati mormijin f'postijiet pubbliċi, fejn kollox qed jindika li dawn qed jintremew barra minħabba li dawk li jabbużaw qed jibżgħu jirritornaw siringi użati minħabba li dik is-siringa tista' tintuża bħala evidenza kontrihom fil-Qorti.  
Meta kuntattjat il-Ministeru tas-Saħħa kien qalilna li għaddejjin diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni ġdida, fejn waħda minn dawn hi li min jieħu siringi jingħata kontenitur biex fih jitpoġġew dawk użati.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home