Fdalijiet storiċi 'mtaqqbin' bi drillers u b'ħadid għat-tixbit
"Ma temminx jekk ma tarax. Fdalijiet storiċi fosthom żewġ ġebliet kbar ittaqqbu b'għodda li ttaqqab biex jitwaħħal ħadid u ħoloq mal-istess fdalijiet. Dan meta din hi suppost żona protetta. Fejn huma l-awtoritajiet li jħarsu l-wirt storiku? Min se jara li l-fdalijiet f'Ras ir-Raheb jkunu verament imħarsin?"
Dan sostnieh ma' inewsmalta.com persuna li tiffrekwenta dan is-sit arkeoloġiku li jinsab f'Ras ir-Raheb fil-Baħrija, sit li dwaru inewsmalta xandar rapport fl-aħħar jiem wara li l-istess sit storiku tpoġġa għall-bejgħ minn kumpanija privata. Minn tagħrif li għandu inewsmalta sa issa jidher li ħadd ma kiteb b'mod uffiċjali biex dan is-sit ikun protett permezz tal-liġi l-ġdida tad-Demanju Pubbliku.
Diversi
ritratti li inġibdu fuq dan is-sit b'mod partikolari fuq il-ġebel
wieqaf li hemm, juru diversi toqob li saru fil-ġebel. Minn indaġni li
saret kollox jidher li dawn it-toqob saru biex fihom twaħħlu ħoloq u
ħadid li intużaw minn xi persuni biex jixxabbtu mal-blat għoli li hemm
fil-qrib u li jagħti għall-baħar.
Il-persuni li tkellmu magħna qalulna li "waqt li narawha inkwetanti li
dan is-sit hu mitlub u issa hemm min irid ibiegħu meta dan hu patrimonju
nazzjonali, hu daqstant ieħor inkwetanti li persuna jew persuni mhux
magħrufa jaqbdu u jtaqqbu dan il-ġebel. Din hi kollha ħsara għal dawn
l-istrutturi li diġa saritilhom ħafna ħsara matul iż-żminijiet."
Ta' min jgħid li l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli u Ambjent kien
qalilna li "Indubbjament bil-Liġi tad-Demanju Pubbliku, siti bħal dawn
jistgħu ta’ bilħaqq jiġu protetti. Li jrid jsir hu li ssir talba formali
lill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar. Din l-Awtorità
tagħmel l-istħarriġ tagħha, jekk is-sit għandux ikun klassifikat bħala
demanju pubbliku. Jekk fl-affermattiv din tiġi inkluża f’rapport
relattiv li jiġi ppreżentat lill-Parlament f’Settembru."
Il-Ministeru qal ukoll li "s-siti kollha li jiġu kklassifikati bħala
tali, imbagħad ma jkunux jistgħu jiġu mittiefsa jew snaturati.
Id-drittijiet privati tal-individwi jibqgħu hemm, pero bl-obbligu li
dawn bl-ebda mod ma jikkontaminaw l-istess sit, kemm mill-aspett
patrimonjali kif ukoll dak ambjentali. Fil-mument pero jekk min hu
interessat jidhirlu li hemm bżonn protezzjoni immedjata, ta’ min jikteb
b’mod immedjat lis-Sovrantendenza tal-Patrimonju Kulturali".
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home