Wednesday, June 1, 2016


It-traġedji umani ta' immigranti saru qishom xejn mhu xejn…lanqas esprimejna ix-xokk

- Beppe Fenech Adami

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-aħħar traġedji ta' immigranti u qal li dawn saru bla effett fejn it-traġedji umani fil-Mediterran saru qishom xejn mhu xejn u lanqas ġie espress ix-xokk għall-aħħar għarqiet.
Tenna li "qabel meta konna nitkellmu fuq immigrazzjoni irregolari konna nitkellmu fuq xi ħaġa 'l bogħod imma fl-aħħar snin din il-problema laqtitna direttament. Kellna armata li salvat tfal, familji, ommijiet, missirijiet u li kieku ma konniex aħna bħala pajjiż dawn il-persuni kienu jgħerqu. Din hi traġedja li għadha għaddejja. Sirna qisu xejn mhu xejn quddiem dawn it-traġedji. Qisha m'għadhiex aħbar. Sirna bla effett għat-traġedji umani. Fl-aħħar jiem għerqu 1,000 immigrant, ħafna akbar minn traġedji oħra li seħħew.  Lanqas qed nesprimu ix-xokk tagħna għal dawn it-traġedji". 
Hu qal ukoll li dak li se jagħmel l-abbozz diskuss fil-Parlament hu li se jabolixxi l-Akkademja tal-Pulizija. "Din hi deċiżjoni radikali u hi bdil ta' prinċipju'.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home