Friday, June 10, 2016

Jinqabad 'il-Ġeneral', wieħed mill-imħuħ wara t-traffikar ta' migranti mis-Sudan lejn il-Libja
  

 •    Jingħad li kien il-moħħ wara dgħajsa b'mijiet ta' immigranti li għerqet f'Ottubru tas-sena 2013. Ħafna immigranti jafuh bħala 'il-Ġeneral', wieħed mill-imħuħ wara l-organizzazzjoni ta' vjaġġi mis-Sudan lejn il-Libja. Immigranti anki f'pajjiżna jgħidulek kif semgħu b'Mered, għalkemm qatt ma ltaqgħu miegħu.
Mered Medhanie kien ilu mfittex għal traffikar ta' persuni. Huwa nqabad fis-Sudan f'operazzjoni li fiha kien hemm involuti l-Britain National Crime Agency. Mered ġie estradit lejn l-Italja fejn inbdew proċeduri kontrih f'Palermo.
Mered hu ta' nazzjonalità Eritreana u kompliċi miegħu kien hemm persuni oħra mill-Etjopja, li għadha qed tiġi mfittxija.
Mered se jkun akkużat li kien il-kap ta' waħda mill-akbar organizzazzjonijiet kriminali li tittraffika persuni bejn l-Afrika u l-Libja. Fost l-akkużi hemm li dawn kienu jixtru u jaħtfu immigranti minn gruppi oħra u jibagħtuhom lejn l-Ewropa fuq dgħajjes tas-sajd.
Skont rapporti li qed jixxandru, l-aġenzija Britannika rnexxielha taqbdu f'Khartoum. Il-proċeduri ta' estradizzjoni saru fi żmien qasir ħafna. Mered, li għandu 35 sena, kellu telefonati interċettati, fejn f'waħda minnhom instema' jidħak għal dgħajsa mimlija żżejjed bl-immigranti.
Tom Dowdall min-National Crime Agency jgħid li, "Dan kien qed jopera eluf ta' mili bogħod mir-Renju Unit, imma l-attivitià kriminali tiegħu kienet qed tħalli impatt fuq ir-Renju Unit. Mered kien qed jaħseb li ma setax jinqabad mill-ġustizzja Ewropea. Appoġġjajna lit-Taljani u qbadnieh fis-Sudan."
Rapporti anki minn immigranti jgħidu li huwa kien jitlobhom madwar £3,900 kull wieħed biex jivvjaġġaw mill-Afrika lejn l-Ewropa.
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home