Sunday, June 5, 2016

100 ħanut fil-Belt japplikaw biex jibdlu kirja f'ċens


Xejn inqas minn mitt ħanut fil-Belt Valletta ssottomettew applikazzjoni biex il-kirja tagħhom lill-Gvern tinqaleb għal ċens. Il-GRTU ddikjarat li din l-iskema kienet ta' suċċess, għalkemm irrimarkat li kieku sar iżjed bdil din kienet tkun ta' suċċess akbar.
Il-GRTU qalet li l-ewwel skema li nħarġet ma kinitx suċċess minħabba diversi fatturi, fosthom il-mod kif saru ż-żoni fil-Belt Valletta, liema żoni huma marbutin mal-valur tal-proprjetà li fiha hemm il-ħwienet.
Il-GRTU sejħet biex fit-tieni skema li nħarġet, il-Gvern jerġa' jikkunsidra ż-żoni fosthom partijiet minn Triq San Ġwann, partijiet minn Triq il-Merkanti u Misraħ San Ġwann. Il-GRTU sejħet lill-Gvern biex jagħmel aktar tibdil fl-iskema, fejn irrimarkat li jekk isir dan, din se tkun ta' aktar suċċess.
Din l-iskema kienet issemmiet fil-baġit għas-sena 2015, u kienet tnediet  ftit xhur wara.
Kien intqal li ċ-ċens se jkun fuq bażi ta’ 45 sena u l-ħlasijiet se jkunu skont iż-żoni. Għal Żona 1 kien intqal li l-ħlas ikun ta' €500 kull metru kwadru, Żona 2 il-ħlas hu ta' €300 kull metru kwadru, Żona 3 bi ħlas ta' €100 u Żona 4 l-ħlas kien ta' €20.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home