Il-multa ta' kważi €1 miljun lill-Freeport ma tħallsitx...saret garanzija bankarja
Il-multa li kienet ġiet imposta fuq il-Port Ħieles f'Birżebbuġa ta' kważi €1 miljun għadha ma tħallsitx u minflok saret garanzija bankarja.
Kien id-Deputat Laburista Joe Farrugia li
staqsa dwar dan fil-Parlament lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-Prim
Ministru qal li l-Malta Freeport Terminals, bħala l-applikant għal
permess numru PA 3859/14, li jkopri l-pozizzjonar tal-krejnijiet gewwa
l-freeport f’Kalafrana, intalbet tħallas l-ammont ta’ €955,000 bħala
kontribuzzjoni ghal Birżebbuġa Planning Fund.
Dan il-fond ser jintuża għal proġetti ta’
tisbieħ ambjentali fil-lokalita’ ta’ Birżebbuġa, u se jkun amministrat
bi sħab bejn l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
Il-Malta Freeport Terminals appellat mill-impożizzjoni ta’ din
il-kontribuzjoni permezz ta’ appell PAB 20/16. Is-smiegħ ta’ dan
l-appell se jitkompla fis-seduta tas-16 ta’ Ġunju 2016. Sadanittant
il-Malta Freeport Terminals, minflok il-kontribuzzjoni mitluba, provdiet
garanzija bankarja tal-istess ammont, li tiġi żbankata jew rilaxxata
skont l-eżitu tal-appell."
Ritratt: Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home