Friday, June 10, 2016

Wara li ntqal li nqabad 'il-Ġeneral'... immigranti jgħidu li dak mhux hu

L-aħbar li nħarġet fl-aħħar jumejn li wieħed mill-akbar imħuħ wara l-vjaġġi tal-immigranti mill-Afrika lejn il-Libja kien inqabad fis-Sudan u ġie estradit lejn l-Italja, kellha żvilupp hekk kif l-awtoritajiet Taljani xandru ritratti tal-persuna.
    Fil-fatt diversi immigranti Afrikani ħarġu jiddikjaraw, anki mal-mezzi tal-istampa, li dik il-persuna ma kintix Mered Medhanie kif intqal.
    Immedjatament l-investigaturi Taljani bdew jistħarrġu dan. Qraba tal-persuna li nqabdet u li jgħixu l-Italja qalu li l-persuna li nqabdet kienet Medhanie Tesfamariam Kidane, Eritrean ta’ 27 sena.
    L-investigaturi Taljani ddikjaraw li se jinvestigaw u ma qalu xejn aktar. Mara li li tgħix fin-Norveġja u li qalet li tiġi oħt dak arrestat qalet li dik il-persuna hu ħuha u dak hu innoċenti.
    Kelliem għan-National Crime Agency tar-Renju Unit, li kienu ħarġu stqarrija fejn ħabbru l-qabda tiegħu, qal li, "Ninsabu konxji tar-rapporti li xxandru fil-medja. Għadu kmieni biex wieħed jispekula."
    Fost dawk rappurtati li jafu lil dak arrestat, u li kkonfermaw li mhux it-traffikant li ngħad li nqabad, kien hemm Barhi Kobron ta’ 28 sena, Eritrean, u Tasfie Haggose ta’ 38 sena.

    Ritratt: PA/Getty
    minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home