Friday, June 10, 2016

Il-qattusa li traqqdet minn tal-Animal Welfare... Kienet marida bl-FIV - marda terminali u li tittieħed

  • Ġun 06, 2016
  • Miktub minn iNews
Wara li l-Ħadd 29 ta' Mejju kienu saru rapporti dwar qattusa li dehret marida fir-residenza San Vinċenz de Paule,  kienu diversi dawk l-infermieri li esprimew id-diżappunt tagħhom għal fatt li wara ftit sigħat saru jafu li traqqdet. Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea staqsa dwar dan fil-Parlament fejn il-Ministru Jose Herrera spjega li l-qattusa kienet marida bil-FIV, li hi marda terminali u li tittieħed minn qattus għall-ieħor.
Il-Ministru qal li, "L-interpellant jew irid jippolitiċizza xi ħaġa li għandha tkun lil hinn mill-politika jew inkella, wara dawn is-snin kollha li ilu mwaqqaf d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali għadu ma jafx li dan id-Direttorat mhux qiegħed hemm biex jagħti servizz ta’ veterinerija lill-terzi iżda qiegħed hemm biss biex jiġbor annimali tat-triq ċioè ‘strays’ li ma jkollhomx sid. Hija ħasra li nippruvaw nirkbu l-karru tas-sensazzjonaliżmu biex nippruvaw niskurjaw punti politiċi."
Żied jgħid li, "F'dan il-kuntest kull meta d-Direttorat jiġbor annimal dan jassumi r-responsabbiltà sħiħa tiegħu skont il-liġi u ħadd iktar ma jkollu jedd fuqu, għajr meta persuna li tagħti prova li tkun sid l-annimal tagħmel talba għalih, f’liema każ l-annimal jingħata lura lis-sid wara li dan iħallas l-ispejjeż kollha relevanti inkluż tal-ambulanza. Jekk ma jitħallsux l-ispejjeż l-annimal ma jingħatax lura u, sakemm ikun jista’ jitfejjaq, jinżamm mid-Direttorat sakemm jew jerġa’ jintelaq fl-ambjent naturali fejn instab jew jinżamm sakemm ikun jista’ jingħata lil xi NGO tal-annimali. 
"M'għandux ikun tollerat abbuż fejn sidien ta’ annimal minnflok jikkurawh huma skont il-liġi jċemplu lid-Direttorat tal-Animal Welfare sabiex wara li l-annimal ikun ikkurat dan jintalab lura u b’hekk is-sid jevita l-ispejjeż tal-kura. Min jagħmel hekk ikun qed jikser il-liġi. F’dan il-każ partikolari l-persuni fl-ebda stadju ma qalu li huma kienu s-sid tal-annimal. Sadanittant ta’ min ifakkar li d-Direttorat isegwi protokol ċar meta jiġbor annimal mit-triq fosthom li l-annimal ikun eżaminat minn veterinarju sabiex ikun stabbilit jekk l-annimal hux marid, jekk jistax jitfejjaq u jekk inkella, minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, l-annimal għandux jitraqqad abbażi ta’ prattiċi professjonali ħalli dan ma jibqax ibati bla bżonn. Id-deċiżjoni aħħarija hija dejjem tal-veterinarju."
Spjega li, "Fil-każ imsemmi l-qattusa sarulha testijiet fejn ġiet iċċertifikata mill-Veterinarju li fost affarijiet oħra rriżultat pożittiva għall-FIV li hi marda terminali li tittieħed minn qattus għal ieħor."

Ritratt: Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home