Friday, June 10, 2016

Dwar l-immigranti... imma l-immigranti ma dehru mkien

F'simpożju li sar dalgħodu u li tratta l-immigranti, wieħed ma setax ma jinnotax għadd ta' fatturi fosthom li dan sar f'Villa Francia, post li jfakkrek f'lussu kbir. Apparti dan, fl-istess simpożju minkejja kelliema minn diversi faxex, ma kien hemm ebda persuna immigranta.
    Dan ma setax ma jiġix innutat u fil-fatt anke tqajjem fl-istess simpożju, fejn Michael Grech, lettur, staqsa kif ma kienx hemm preżenza ta' immigranti. Dwar dan wieġeb ir-Reverendu Fr Hector Scerri li qallu li meta ħasbu biex jistiednu immigranti għal dan is-simpożju kien tard wisq.
    Il-Ministru għall-Intern, Carmelo Abela, fid-diskors tiegħu m'għamel ebda referenza għat-traġedji li seħħew fil-Mediterran u ftit bogħod minn pajjiżna, ftit tal-jiem ilu. Hu ddikjara biss li minkejja li ma tantx għadhom qed jaslu immigranti, dan ma jfissirx li l-problema għaddiet.
     minn inewsmalta
    Ritratt: Ian Noel Pace

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home