'Nippretendi li jorħsu l-prodotti tal-ikel bla glutina' - Chris Fearne
Hekk kif illum il-persuni li jbatu mill-kundizzjoni tas-Coeliac, li jfisser li ma jistgħux jieħdu prodotti tal-qamħ, qed jixtru l-ikel li jkun bla gluten minn ħwienet madwar il-pajjiż, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne iddikjara li hu jippretendi li issa għandhom jorħsu l-prodotti tal-ikel bla gluten. Hu qal li bħalissa dawn il-prodotti għadhom għaljin.- Il-Ministru Fearne fil-Parlament qal li "s-Coeliac hi kundizzjoni li
minħabba proteina li jkun hemm fil-qamħ taffettwalu l-musrana.
Gvernijiet differenti kienu qed jaraw li dawk li jkollhom din
il-kundizzjoni jieħdu ikel li ma jkunx fih 'gluten'. Dawn kienu jinġabru
minn post f'Birkirkara u ċerti prodotti kienu limitati. Per eżempju
kienu jieħdu ħobż għal xahar, meta dan iżomm frisk ftit ġranet biss.
Wara diskussjonijiet iddeċidejna li ndaħħlu vawċers fejn issa hemm madwar 60 ħanut f'Malta u Għawdex. Il-gvern joħroġ vawċers darba fix-xahar u jissarrfu minn dawn il-ħwienet. Dawn il-vawċers iservu biex itaffu ftit mill-piż fuq dawn il-persuni peress li l-ikel li ma fih gluten mhux irħis.
Fil-baġit li għadda konna żidna l-ammont għal €45 u għal dawk bil-karta r-roża għal €50. Jekk hemm bżonn naraw is-suq kif qed jirrispondi u jekk hemm bżonn inżidu s-somma." Minn naħa l-oħra d-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ qalet li dan l-ikel iqum il-flus u sitt panini jiswew €5. Hi saħqet li hemm bżonn li l-valur tal-vawċer jiżdied. Il-Ministru Fearne wieġeb li "hemm żewġ metodi fosthom dak li jiżdied l-ammont tal-vawċer. Jista' jiġri li la kiber is-suq għax illum qed jixtru mill-ħwienet, jien nippretendi li jorħos il-prezz. Nistenna li jorħsu l-prezzijiet."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home