Qed issir reviżjoni sħiħa fis-sistema tal-kondotta - Il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, f'intervent fil-Parlament illejla, ħabbar li qed issir reviżjoni sħiħa tas-sistema tal-kondotta, fejn qal li waqt li din se tagħti lil min iħaddem id-dritt li jkun jaf lil min se jħaddem miegħu, din is-sistema mhix se tikkundanna lil xi ħadd li jkun għamel żball żgħir u titfgħu fi żvantaġġ biex isib xogħol.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li, “Hu intollerabbli
li għandna l-ogħla tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, imma fejn jidħlu
permessi għal negozju Malta qiegħda lura ħafna. Minn 28 ġurnata li hi
llum irridu naslu għal tlett ijiem,” qal il-Prim Ministru.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal li jaqbel
ma' dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fejn dan
enfasizza li hemm bżonn bidla fil-kultura fejn jirrigwarda persuna li
jkollhom kondotta mċappsa b'xi reat li jkunu wettqu imma jkunu
rriabilitaw ruħhom.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home