'Bil-ħitan li qed jinbnew fl-Ewropa għall-immigranti qed jinħoloq apartheid ġdid' - L-Arċisqof
L-Arċisqof, Charles J. Scicluna waqt li indirizza simpożju lbieraħ saħaq li bil-ħitan li qed jittellgħu fl-Ewropa qed jinħoloq stil ġdid ta’ apartheid. L-Arċisqof qal li wieħed għandu jerġa' lura mill-idea li wieħed għandu jibni l-ħitan biex pajjiż jew stat iħossu iktar sigur.- L-Arċisqof irrefera għall-Eżortazzjoni Apostolika tal-Papa Franġisku,
Evangelii Gaudium (Il-Ferħ tal-Evanġelju), u għad-diskors tal-Papa
fiż-żjara li għamel fuq il-gżira Griega ta’ Lesbos. L-Arċisqof għamel
enfasi fuq il-ħtieġa li l-pajjiżi Ewropej jaffrontaw sitwazzjonijiet ta’
persuni vulnerabbli, inkluż immigranti, anke meta dawn ma jirrendux
benefiċċji immedjati jew tanġibbli għall-pajjiż.
L-Arċisqof fakkar fil-ġrajja ta’ meta Publiju u l-Maltin laqgħu lil Pawlu u l-membri kollha tal-ġifen. L-Arċisqof qal li dan hu rakkont li għandu jispira lil poplu Malti, biex tgħinu wkoll jibni ‘teoloġija ta’ ospitalità’.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home